BOV Premier League 2021/22
Sirens iwaqqfu lil Birkirkara milli jitilgħu fl-ewwel post 

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Sirens…………. 3

Birkirkara……. 2

Birkirkara telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat BOV premjer, bl-istess punti daqs Hibernians, wara li kisbu rebħa kontra Sirens.

Fl-ewwel taqsima Birkirkara mill-ewwel kienu qrib li jiftħu l-iskor b’xutt ta’ Macedo wara ħames minuti u ieħor ta’ Aguirre wara seba’ minuti logħob. Iżda l-gowl wasal fil-ħdax il-minuta logħob minn azzjoni rregolari fil-konfront ta’ Montebello fil-kaxxa ta’ Sirens bir-referee tal-partita, Daniel Portelli jagħti l-penalty u Montebello mill-ħdax il-metru ma jfallix. Fl-erbatax il-minuta azzjoni tajba għal Sirens li minn freekick mogħti fuq azzjoni rregolari fil-konfront ta’ Brandan, l-istess Brandan jara l-gowlkeeper ta’ Birkirkara, Fernandes, jiġġebbed u jtajjar il-ballun barra. Wara sbatax il-minuta Vieira ta’ Sirens jieħu vantaġġ min zball tad-difiża ta’ Birkirkara, iżda l-ballun imur bi ftit barra. Fit-tmienja u tletin minuta Birkirkara jżidu l-vantaġġ permezz ta’ Montebello li rċieva ballun perfett minn Mbong, u waħdu jitfa’ l-ballun fix-xibka. 

Fit-tieni taqsima Sirens ħarġu determinati li jippruvaw idawwru r-riżultat tal-partita, bit-tentattivi tagħhom jaraw il-frott wara seba’ minuti hekk kif Vieira rċieva ballun fil-kaxxa u minn taħt il-lasta ma jfallix. Sirens kisbu l-kuraġġ u baqgħu jinsistu bit-tim ta’ Birkirkara deher f’diffikulta. Fis-sebgħin minuta ir-referee Daniel Portelli safffar penalty għal Sirens wara li Reid twaqqa’ fil-kaxxa ta’ Birkikara. Brandan inkariga ruħu mill-għotja tal-penalty u ġab id-draw għat-tim tiegħu. Iżda erba’ minuti wara kontrattakk ieħor ta’ Sirens permezz ta’ Reid li għalkemm Fernandes irnexxielu jilqagħlu l-ewwel xutt, il-Jamaican reġa’ ħa l-ballun u skurja l-gowl rebbieħ. 

Minkejja numru ta’ okkażjonijiet u vantaġġ numeriku wara li Sirens spiċċaw jilgħabu b’disa’ plejers bit-tkeċċija ta’ Jackson fit-tmenin minuta u ta’ Reid minuta qabel tmieim il-ħin regolamentari, Birkirkara tilfu l-konfront.

BOV Plejer tal-Logħba: Luke Montebello – Birkirkara

Referee: Daniel Portelli

Formazzjonijiet:

Sirens: Mintoff Sean(GK), Reid Kemar, Brandan Fernando(94’ Antonio Blanco), Albanese Diego, Borg Adrian(C), Walker Jacob, Zammit Lonardelli Carlo, Cini Alexander, Riascos Carlos(67’ Avoce Francis William), Jackson Degran, Vieira Vitor(86’ Conor Borg)

Birkirkara: Fernandes Daniel(GK), Pepe Enrico, Montebello Luke, Bonanni Claudio(85’ Yannick Yankam), Mbong Paul(86’ Bevis Kilian), Zammit Kurt, Falcone Federico, Attard Cain, Carniello Oscar(46’ Ruiz Enzo), Aguirre Leandro, Macedo Jeferson.

Miktub minn...
TVM Sport
.