Futbol lokali
FILMAT: Sirens jagħtu l-ewwel telfa lil Gżira Utd

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Gżira Utd……0

Sirens………..1

Tkompli għaddejja l-wirja pozittiva ta’ Sirens ħekk kif għelbu lil Gżira 1-0.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 6 minuti logħob meta outball li inkariga minnu Gatt Baldacchino li tefa’ l-ballun lejn De Assis b’dan tal-aħħar iniżżel il-ballun lejn Corbolan li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-minduda.

Ir-risposta ta’ Sirens tasal mal 11 -il minuta meta azzjoni ta’ Romario Memezes li għadda l-ballun lejn Wellington li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Haber.

14 -il minuta azzjoni oħra għal Sirens meta Okoye jgħaddi l-ballun lejn Romario Memezes għal darb’oħra ballun lejn Okoye li minn qadgħa angulata ra lil Haber għal darb’oħra jsalva.

18 -il minuta freekick għal Gzira li inkariga minnu Nikolai Muscat li sab attent lil Cassar li dawwar il-ballun f’corner.

36 minuta azzjoni ta’ Sirens meta cross ta’ Romao bil-ballun jiġi ikklerjat minn Soares liema ballun jispiċċa f’saqajn Okoye li min barra l-kaxxa għal darba oħra Haber isalva.

43 minuta pass ta’ Corbolan lejn Kone li tefa’ l-ballun lejn in-nofs fejn bir-ras Jefferson De Assis ra l-ballun jispiċċa mdawwar f’corner minn Cassar.

Tmiem l-ewwel taqsima Gżira 0 Sirens 0.

58 minuta azzjoni ta’ Gżira meta azzjoni ta’ Kone li minn barra l-kaxxa ra x-xutt tiegħu jiġi parzjalment salvat minn Cassar bil-ballun jispiċċa għand Samb fejn mill-viċin ikun Adrian Borg li warrab il-periklu u tefa’ l-ballun corner.

Fid-69 minuta pass ta’ Jefferson lejn Oyama fejn min qadgħa angulata ra l-cross tiegħu jaħbat mal-mimduda.

Fil-75 minuta Sirens imorru fil-vantaġġ meta cross ta’ Okoye u Cheveresan mill-viċin bi-ras jitfa’ l-ballun fix-xibka wara Haber. 

Mad-90 minuta Gżira jispiċċaw jilagħbu b’għaxar players hekk kif Kone ghadda xi rimarki lill-assistent Luke Portelli u ġie muri t-tieni karta safra.

Riżultat Finali Gżira 0 Sirens 1

Player tal-loghba: Okoye (Sirens)

Referee: Ishmael Barbara.

Formazzjonijiet:

Gżira: J. Haber, F. Barbosa, G.Conti, N.Muscat, R.Soares, JC. Corbolan, C. Gatt Baldacchino, H. Kone, A. Samb, A.Oyama, J. De Assis.

Sirens: D. Cassar, R. Grech, W. De Oliveira, R. Dos Anjos, E. Okoye, A. Borg, I. Adeshina Abdullahi, R. Romao Periciles, L. Romario Mamezes, T. Espindola, S. Flavio Cheveresan.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-telfa ta’ 2-1 ta’ Malta kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali nhar it-Tnejn f’Ta’ Qali kienet l-aħħar waħda ta’ Ray Żażu Farrugia fit-tmexxija tat-team nazzjonali Malti. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Malta Football…

Futbol lokali

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI DANIMARKA….5 MALTA…………..1 Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’…

Futbol lokali

Telfa ta’ 2-0 għal Malta fil-partita minn Grupp 6 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena kontra Ċipru. Il-gowls ta’ Ċipru waslu fit-tieni taqsima fil-51 minuta minn Nicolasou…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa ngħata bidu għall-kampjonat tal-Mini Football li qed jiġi organizzat għall-ewwel darba mill-Malta Mini Football Association u li qed jintlagħab fil-grawnd tal-8-a-side tal-Marsa. Tmien timijiet qed jieħdu…

Aktar