BOV Premier League 2021/22
Sirens jagħtu l-ewwel telfa lil Sta Lucia. It-Tim ta’ ta’ Winston Muscat bit-tieni rebħa tal-istaġun

KAMPJONAT BOV PREMier 2021/22

SANTA LUCIA …….1

SIRENS……………… 3

Wara tlett draws konsekuttivi tasal l-ewwel telfa għal Santa Lucia għas-spejjeż ta’ Sirens fejn għat-tim minn San Pawl il-Baħar din kienet it-tieni rebħa tal-istaġun.

Fl-aħħar logħba Sirens tilfu kontra Hibernians filwaqt li Santa Lucia spiċċaw fi draw ma’ Gudja United.

L-ewwel ċans tal-partita wasal fis-6 minuta meta kienu Santa Lucia permezz ta’ Filho li sab lil Plut fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu spiċċa għoli. Żewġ minuti wara rrispondew Sirens hekk kif Effiong qassam lejn Reid bix-xutt ta’ dan tal-aħħa jkun salvat parzjalment minn Archibald ballun għand Tachikawa xutt imblukkat ukoll biex finalment kien Walker li spara għoli. Fl-10 minuta Sirens fetħu l-iskor meta minn cross minn fuq ix-xellug ta’ Brandan kien Vieira li bir-ras sab ir-rokna tax-xibka. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima azzjoni tajba tas-Saints fejn kien Souza li qassam lejn Plut dan fetaħ fid-direzzjoni ta’ Zerafa bix-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner minn Debono.

Fil-50 minuta Santa Lucia viċin id-draw meta Plut sab lil Souza fil-kaxxa iżda x-xutt finali tiegħu kien imblukkat mill-gowlkeeper Debono. Sirens irduppjaw l-iskor fid-59 minuta f’azzjoni ta’ kontrattakk. Brandan fetaħ mal-linja fuq Albanese bil-cross tat-Taljan isib lil Alfred Effiong li minn taħt il-lasta tefa’ fix-xibka.

Erba’ minuti minn tmiem il-partita Santa Lucia naqsu d-distakk b’gowl bir-ras ta’ Prates Rodrigues fuq free kick ta’ Souza.  Is-Saints tefgħu kollox fuq l-offensiva biex isalvaw il-partita biex kienu Sirens li ssiġillaw ir-rebħa tlett minuti fuq il-ħin meta fuq cross ta’ Jackson kien Reid li minn quddiem il-lasta bir-ras ma’ falliex.

Santa Lucia –   J. Archibald, R. Prates, J. Pisani, G. Conti (N. Pulis 83’), P. Silva Mota, V. Plut, A. Da Silva Souza, J. Tanti (J. Carbone 60’), V. Filho (F. Farias 60’), J. Zerafa (K.Xuereb 72’), D. Xuereb 

Sirens –     J. Debono, A. Blanco Pardo, R. Tachikawa, V. Vieira (D. Jackson 81’), A. Effiong (C. Zammit Lonardelli 66’), D. Albanese, A. Borg, J. Walker, F. Brandan, C. Riascos, K. Reid

Referee –   Etienne Mangion

BOV Player tal-Logħba –   Fernando Brandan (Sirens)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.