Futbol lokali
FILMAT: Sirens jaħsdu lil Hibernians b’gowl f’kull taqsima

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sirens……………2

Hibernians…….1

Sirens ikkonfermaw il-bidu qawwi tal-istaġun meta b’gowl f’kull taqsima għelbu lil Hibernians 2-1 biex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva tagħhom. Sirens ma serqu xejn u wara li fetħu l-iskor kmieni iddefendew tajjeb, bil-Pawlisti jassedjaw lill-avversarji fl-aħħar fażi tal-logħba iżda kien kollu ta’ xejn għax il-gowl ta’ konsolazzjoni wasal tard wisq.

Sirens fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni tal-logħba meta freekick ta’ Thiago Espindola ma kien meħud minn ħadd bil-ballun jispiċċa wara Jovicic. Ir-reazzjoni ta’ Hibernians kienet pjuttost fjakka bit-tim ta’ Sirens jagħlaq tajjeb l-ispazji u jkun attiv fil-kontrattakki.

Fit-28 minuta kien hemm daqqa ta’ ras ta’ Andrei Agius salvata minn Cassar u sitt minuti wara xutt ta’ Kristensen mar barra. Fit-38 minuta freekick ta’ Espindola kien salvat minn Jovicic u fl-aħħar ħinijiet Cassar imblokka tentattiv mill-bogħod ta’ Nanni u daqqa ta’ ras ta’ Apap.

Kif bdiet it-tieni taqsima xutt imxellef ta’ Nanni mar ftit barra, biex fl-54 minuta Sirens għamluhom tnejn meta f’azzjoni ta’ kontrattakk Cheveresan avanza u għeleb lil Jovicic.

Mas-siegħa logħob ix-xorti ma daħqitx lil Hibernians meta daqqa ta’ ras ta’ Kristensen ħabtet mal-mimduda. Ħames minuti wara Jake Grech daħal tajjeb mix-xellug iżda Cassar salva tajjeb.

Hibernians assedjaw lill-avversarji fl-aħħar ħinijiet u fit-80 minuta xutt ta’ Mbong mar ftit għoli. Fid-90 minuta Adrian Borg salva gowl ċert meta tajjar minn fuq il-linja xutt ta’ Nanni u fil-ħin miżjud xutt mill-viċin ta’ Groothusen ħabat mal-lasta.

Fl-94 minuta Hibernians naqqsu l-iskor meta xutt ta’ Groothusen kien salvat minn Cassar bil-ballun jaħbat mas-sotitut ta’ Sirens Daniel Sant bil-ballun jispiċċa fix-xibka għal skor finali ta’ 2-1

Ikkontrolla l-logħba r-referee Darryl Agius u l-plejer tal-logħba kien magħżul il-plejer ta’ Sirens Thiago Espindola.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Aktar