Futbol lokali
Sirens jieħdu punt kontra Valletta u jibqgħu żewġ punti fuqhom

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sirens………………0

Valletta…………….0

Fid-9 ġurnata tal-kampjonat Premier konfront li paxxa biss lit-timijiet ta’ fuq fil-klassifika, punt kull wieħed għal Sirens u Valletta meta f’partita kkaratterizzata minn ftit azzjonijiet u ħafna żbalji spiċċat fi draw ta’ mingħajr gowls. 

It-tim ta’ San Pawl il-Baħar kien ġej minn rebħa fuq Balzan fl-aħħar konfront tagħhom filwaqt li Valletta ukoll kienu ġejjin minn żewġt rebħiet fl-aħħar ħarġiet. Sospiż għal Valletta d-difensur Steve Borg. 

Tlettax –il minuta azzjoni perikoluża ta’ Sirens – ballun li wasal f’sieq Okoye minn qagħda agolata xutt b’saħħtu u Bonello jdawwar f’corner. 

Tmintax –il minuta kienu Valletta xutt fjakk ta’ Fontanella joħroġ David Cassar biex minuta biss wara reġgħu kienu Valletta permezz ta’ Azzjoni peronali ta’ Kyrian Nwoko qabeż id-difiża u xutt fil-baxx ballun mingħajr ebda problema f’idejn Cassar.  L-ewwel taqsima temmet fi draw ta’ mingħajr gowls

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Sirens ħarġu fuq l-offenisiva azzjoni ferm perikoluża mat-tmienja u erbgħin minuta permezz tal-plejer Cheveresan xutt tiegħu ballun imur barra biex minuta biss wara reġa’ kien l-istess Cheveresan li kkontrolla l-ballun tajjeb u l-konklużjoni tiegħu għal darb’oħra Valletta ħelsuwha ħafif. 

Sebgħin minuta azzjoni l-ewwel azzjoni perikoluża ta’ Valletta meta Picciolo qassam lejn Fontanella inqala ‘l barra u ta pass perfett lejn is-sostitut Kevin Tullimieri xutt min-nofs ballun għoli. 

Tnejn u sebgħin minuta baqgħu jinsistu Valletta l-ġirja ta’ Joseph Zerafa Cross tajjeb lejn Fontanella konkużjoni tiegħu barra. 

Ħamsa u sebgħin minuta javvanza il-plejer ta’ Sirens Memezes mix-xellug wiċċ imb’wiċċ mal-Goalkeeper Bonello li jdawwar l-azzjoni f’corner. 

Sebgħa u tmenin minuta Azzjoni ta’ Sirens ballun li jasal minn Cross għand Memezes viċin il-lasti ta’ Valletta wiċċ imb’wiċċ ma Bonello pero l-assistant referee jgħolli l-bandiera hawnhekk fuq senjalazzjoni ta’ offside. 

Fuq id-desgħin minuta kreekick għal Valletta wara l-fowl fuq Tulliemieri ballun li ħabat mad-difiża u ġie mdawwar f’corner. Mill-corner ballun li wasal għand Rowen Muscat x-xutt tiegħu mid-distanza ballun li mar barra. 

Riżultat finali: Sirens   0  Valletta    0.

Referee: Daniel Portelli.

BOV Player tal-Logħba: Flavio Silva Cheveresan plejer ta’ Sirens.

Formazzjonijiet:

Sirens: D. Cassar, R. Romao, R. dos Anjos, A. Borg, T. Espindola, R. Grech, I. Adeshina, R. Memezes, W. de Oliveira, E. Okoye, F. Cheveresan

Valletta: H. Bonello, E. Pena Beltre, J. Caruana, J. Borg, J. Zerafa, R. Muscat, I. Dzaria, D. Packer (M. Piciollo 59’), S. Dimech (K. Tulimieri 59’), M. Fontanella, K. Nwoko (B. Kaljevic 73’)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-telfa ta’ 2-1 ta’ Malta kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali nhar it-Tnejn f’Ta’ Qali kienet l-aħħar waħda ta’ Ray Żażu Farrugia fit-tmexxija tat-team nazzjonali Malti. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Malta Football…

Futbol lokali

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI DANIMARKA….5 MALTA…………..1 Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’…

Futbol lokali

Telfa ta’ 2-0 għal Malta fil-partita minn Grupp 6 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena kontra Ċipru. Il-gowls ta’ Ċipru waslu fit-tieni taqsima fil-51 minuta minn Nicolasou…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa ngħata bidu għall-kampjonat tal-Mini Football li qed jiġi organizzat għall-ewwel darba mill-Malta Mini Football Association u li qed jintlagħab fil-grawnd tal-8-a-side tal-Marsa. Tmien timijiet qed jieħdu…

Aktar