Futbol lokali
Sirens jirbħu kontra Hibernians u jitilgħu fit-tielet post fil-klassifika

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Hibernians…..0

Sirens…………2

Rebħa importanti ferm għal Sirens f’partita fejn Hibernians kienu qed jilagħbu bi plejer anqas u rebħu bl-iskor ta 2-0. Din ir-rebħa tiftaħ il-kampjonat beraħ fejn il-protagonisti jibqgħu Floriana, Valletta, Sirens u Hibernians.  

Fl-ewwel minuta kienu Sirens permezz ta’ Wellington De Oliveira xutt li mar barra.

Biex imbgħad azzjoni perikoluża ta’ Hibernians fil-5 minuta Cross ta’ Mbong u daqqa ta’ ras ta’ Iriberri jkun il-goalkeeper ta’ Sirens David Cassar li qala’ minn fuq il-linja.

Fit-28 minuta Hibernians spiċċaw jilagħbu bi plejer anqas wara li Mbong ġie muri t-tieni karta safra tiegħu fi spazju ta’ ftit ħin biex it-tela’ kienet qed issir ftit iżjed diffiċli għal Hibernians. 

Mument qabel it-tisfira għal tmiem tal-ewwel taqsima kellna xutt minn Sirens dijagonali ta’ Okoye ballun li għadda barra. 

Sirens fetħu l-iskor fid-59 minuta Cross ta’ Espindola mix-xellug għola fuq kulħadd daqqa ta’ ras Wellington De Oliveira li xeħed f’lasta vojta.

It-tim ta’ Stephen Damato għamluhom 2-0 meta Dos Anjos għadda pass intelliġenti lejn Ricardo Silva Faria b’xutt tajjeb li ma fallhiex.

Riżultat finali: Hibernians  0 – Sirens  2  

Referee: Malcolm Spiteri

BOV Player tal-Logħba: Wellington De Oliveira

Formazzjonijiet:

HIBERNIANS: M.JOVICIC, F.APAP, J.WEMMER, J.MBONG, J.GRECH, J.DEGABRIELE (78’ S. MANCINI), B.KRISTENSEN, D.VELLA, G.IZQUIER, A.AGUIS, I.IRIBERRI.

SIRENS: D.CASSAR, R.GRECH, W.DE OLIVEIRA, R. DOS ANJOS, E. OKOYE, R. SILVA FARIA, A. BORG, I. ABDULLAHI, R. ROMAO, T. ESPINDOLA, F. CHEVERESAN.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar