Futbol lokali
Sirens jitilgħu fl-ewwel post fil-klassfika

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sliema Wds……0

Sirens…………..1

Tlett punti importanti għat-team ta’ Sirens hekk kif irnexxilhom jgħelbu lil Sliema 1-0 liema riżultat ma kienx wieħed ta’ sorpriza ħekk kif Sirens kienu l-aħjar tul id-90 minuta.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mas-17 -il minuta logħob meta l-player ta’ Sirens Emanuel Okoye ra x-xutt tiegħu jaħbat ma’ Flavio Silva bil-ballun jispiċċa f’saqajn Adrian Borg li waħdu quddiem Jake Galea tefa’ l-ballun barra.

Fil-25 minuta Sirens viċin li jmorru fil-vantaġġ meta d-daqqa ta’ ras ta’ Adrian Borg taħbat mal-minduda bil-ballun jispiċċa f’idejn Jake Galea.

Fl-44 minuta Sirens viċin li jmorru fil-vanatġġ meta jitlef il-ballun il-player ta’ Sliema Sansone bil-ballun jispiċċa għand Espindola li ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner mill-gowler Jake Galea.

Tmiem l-ewwel taqsima Sliema 0 Sirens 0.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima tasal mas-56 minuta meta xutt ta’ Okoye jgħaddi ftit ‘l bogħod minn mal-lasta.

Fil-71 minuta u Sirens imorru fil-vantaġġ bit-team Slimiż jispiċċa jilgħab bi player anqas meta Seydou miss l-ballun b’idejh bir-referee Andrea Sciriha juri l-karta ħamra diretta bil-foul mill-ħdax il- metru jinkariga minnu Cheveresan li ra l-ewwel tentattiv tiegħu jiġi parzjalment salvat minn Galea bit-tieni tentattiv jispiċċa fix-xibka.

Fit-88 Minuta cross ta’ Cheversan lejn Okoye li waħdu quddiem lasti vojta jitfa’ l-ballun barra.

Riżultat finali Sliema 0 Sirens 1.

Player tal-Loghba Flavio Cheversan (Sirens)

Referee: Andrea Sciriha

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

SUPER CUP 2019/2020 Birkirkara………5 Mġarr United ..0 It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara komplew fejn ħallew fl-istaġun li għadda meta għelbu lil Mġarr United bl-iskor ta’ 5-0. Din kienet l-ewwel darba li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 HIBERNIANS…..2 GŻIRA UTD……..0 Hibernians kisbu rebħa importanti kontra Gżira United biex issa jinsabu punt biss warajhom fit-tielet post tal-klassifika u b’punti daqs Sirens. Fil-11 il-minuta xutt…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Santa Lucija…0 Balzan…………3 Fl-ewwel partita li kellna fil-Hibs Stadium f’Kordin, Balzan għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Balzan kienu ġejjin minn draw kontra Hamrun filwaqt…

Futbol lokali

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/2020 Birkirkara………….2 Sirens……………….0 Birkirkara reġgħu rritornaw għar-rebħ meta mingħajr xi diffikultà partikolari għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0. Kien hemm differenza ta’ 11-il punt fil-klassifika bejn dawn…

Aktar