Waterpolo
Sirens Malta f’Ruma għar-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Waterpolo

It-tim tal-waterpolo tan-nisa ta’ Sirens ħalla Malta llum sabiex jipparteċipa fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO League Women 2020/21.

Il-logħob tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni ser isiru fiċ-Ċentru Akwatiku t’Ostia, f’Ruma bejn nhar il-Ħamis 18 u l-Ħadd 21 ta’ Novembru.

Il-logħob ta’ Sirens ser ikun is-segwenti:

Il-Ħamis 18 ta’ Novembru – 19:15: Lille UC (FRA) – Sirens Malta (MLT)

Il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru – 19:15: Sirens Malta (MLT) – ZVL 1886 Tetteroo (OLA)

Is-Sibt 20 ta’ Novembru – 12:30: SIS Roma (ITA) – Sirens Malta (MLT)

Is-Sibt 20 ta’ Novembru – 17:30: CN Mediterrani Barcellona (SPA) – Sirens Malta (MLT)

Il-Ħadd 21 ta’ Novembru – 9:00: FTC-Telekom Budapest (UNG) – Sirens Malta (MLT)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA