Waterpolo
Sirens Mecca Marine Enterprises jirbħu n-Knockout wara li aktar kmieni rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Finali tan-Knockout – Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni

Exiles WPSC  9-11  Sirens Mecca Marine Enterprises

Sirens temmew l-impenji tagħhom fil-Kampjonat tas-Sajf bil-kbir hekk kif apparti l-kampjonat rebħu wkoll in-knockout. Fil-finali huma għelbu lil Exiles bil-punteġġ ta’ 11-9.

Kienu Exiles li fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni 2-1. Biss fit-tieni sessjoni Exiles donnhom waqfu għalkollox quddiem is-saħħa ta’ Sirens li rebħu bil-punteġġ ta’ 5-0 u marru minn fuq. Fit-tielet sessjoni l-iskor spiċċa 4-4, biex qabel l-aħħar sessjoni ir-riżultat parzjali kien 6-10 favur Sirens. Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni kienet mirbuħa minn Exiles 3-1, iżda dan ma kienx biżżejjed biex idawru r-riżultatm u ħarġu telliefa 9-11.

Matthew Sciberras kien l-aqwa skorer għar-rebbieħa meta waħdu skorja ħames gowls. Fuq in-naħa l-oħra Kurt Griscti skorja tlieta għal Exiles.

Il-konfront kien ikkontrollat minn Alex DeRaffaele u Riccardo Carmignani.

Wara li ntemmet il-logħba Ray Debattista f’isem il-Bank of Valletta u Carlo Mifsud f’isem l-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ppreżentaw il-midalji u t-trofew lit-tim rebbieħ.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA