Futbol lokali
Sitt klabbs tal-Kampjonat BOV Premier jingħataw il-liċenzja tal-UEFA

Sitt klabbs tal-kampjonat BOV Premier ingħataw il-liċenzja tal-UEFA li biha jistgħu jikkompetu fl-istaġun li ġej.

Dawn il-klabbs huma Balzan, Floriana, Gżira United, Hibernians, Sirens u Valletta.

Dawn il-liċenzji ngħataw wara li li ltaqa’ l-Bord tal-Liċenzji tal-Klabbs Membri biex jevalwa l-applikazzjonijiet tagħhom.

Birkirkara, Hamrun Spartans, Mosta u Sliema Wanderers waqqgħu l-applikazzjoni tagħhom.

Fil-kompetizzjoni tan-nisa, il-Bord tal-Liċenzji tal-Klabbs Membri approva l-liċenzja li ssottomittew Birkirkara.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Aktar