Bowling
Sitt żgħażagħ Maltin fl-Olanda biex jieħdu sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-Bowling

It-tim Malti taż-żgħażagħ tal-bowling ħalla pajjiżna biex imur f’Tilburg, l-Olanda, fejn ser jikkompeti fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ.

It-tim huwa ffurmat minn erba’ ġuvintur u żewġ tfajliet: Nicholas Muscat, Dwayne Zahra, Chris Fenech, Kayden Lagana’, Ruslana Grima u Kathryn Fenech.

Iż-żgħażagħ Maltin jinsabu akkumpanjati mill-kowċ Mark Spiteri u ser jibdew jikkompetu nhar il-Ħadd li ġej, bil-Kampjonati Ewropej ser ikunu fuq ġimgħa sħiħa.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA