Skandlu Hickey: Rejd fil-kmamar u jinstabu biljetti mhux użati

Il-Pulizija Brażiljana baqgħet għadejja bl-investigazzjonijiet tagħha relatati mal-arrest tal-Pat Hickey in-numru wieħed tal-Kumitat Olimpiku tal-Irlanda u membru fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Il-Pulizija l-bieraħ għamlu raid fil-kmamar tal-Hotels li fihomm kienu alloġjati diversi uffiċjali Irlamndiżi u kkonfiskaw diversi, passaporti, telefones ċellulari u computers. Fir-raid li sar instabu wkoll diversi biljetti mhux użati ta’ diversi dixxiplini sportivi tal-Olimpijadi.

Pat Hickey li għandu 71 sena qed jinżamm arrestat fil-Ħabs ta’ Bangu.

Hickey mistenni jkun akkużat talli ipprovi jbiegħ b’mod illegali biljetti li kienu tal-Kumitat Olimpiku Irlandiż lil kumpanija PRO10 Sports Management li hi bbażata f’Dublin u lil kumpanija oħra bl-isem ta’ THG Sports. Il-Pulizija tifhem li dawn iż-żewġ kumpanija biegħu ‘il fuq minn elf biljett għal prezz ferm ogħla b’mod illegali. Id-Direttur tal-Kumpanija THG Sports Kevin Mallon ukoll ġie arrestat fis-sigħat li għaddew.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Tasal f’Tokyo il-Ġappun il-bandiera Olimpika li bdiet il-vjaġġ tagħha minn Rio mat-tmiem tal-Olipijadi ta’ din is-sena. Il-Bandiera Olimpika inġarret mill-Gvernatur ta’ Tokyo Yuriko Koike fost attendenza kbira minn ġurnalisti u…

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach illum waqt konferenza stampa li ta sabiex jagħlaq l-Olimpijadi ta’ Rio 2016 qabel iċ-ċerimonja ta’ l-għeluq tal-lejla, kien ippressat sabiex jgħid x’se jiġri minn…

L-Olimpijadi b’iktar stejjer u kontroversja barra mill-kompetizzjonijiet, hekk kif il-bieraħ il-pulizija flimkien mal-membri tas-sigurta’ kellhom joħorġu ‘l barra mill-Olympic Basketball Arena madwar 10 atleta Awstraljani li daħlu b’mod irregolri isegwu…

Is-Saga doping fl-Isport Russu ma taqta’ xejn hekk kif illum il-CAS il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv laqa’ l-appell li għamlet l-atleta li talbet lil din il-Qorti sabiex idawwar id-deċiżjon i tal-IAAF li kienet…

Aktar