Skateboarder ta’ 11-il sena fil-periklu tal-mewt

L-iskateboarder ta’ 11-il sena, Sky Brown, tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li kellha waqt it-taħriġ tagħha bl-iskateboard.

Brown waqgħat minn għoli sostanzjali u sofriet minn ksur f’rasha u kisret ukoll idejha x-xellugija.

Brown kienet qed tispera li tkun l-iżgħar atleta fl-Olimpjadi ta’ Tokjo, f’isem l-Ingilterra.

Hi ttieħdet fl-isptar b’ħelikopter u intilfet minn sensieha għal xi ħin.

Stewart Brown, missier it-tifla, qal li kien kunfidenti li bintu terġa’ tirkupra malajr.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kellhom jgħaddu 27 sena mill-aħħar kampjonat mirbuħ minn Floriana fl-istaġun 1992/93 meta dakinhar kien refa’ t-Tazza tal-Kampjonat il-mibki David Cluett sabiex il-Furjaniżi sa fl-aħħar jerġgħu jgħollu t-Tazza ta’ Champions tal-Football…

Formula 1

Ritorn mill-isbaħ għall-Formula 1 fil-Gand Prix inawgurali tal-Awstrija wara li l-ewwel Grand Prix oriġinalment fil-kalendarju kellhom jkunu kanċellati jew posposti. Il-Ħadd wara nofsinhar spettaklu ta’ sewqan u emozzjonijiet sal-aħħar lap,…

Futbol internazzjonali

Serie A: Lazio l-bieraħ filgħaxija tilfu l-opportunita’ li jżommu ‘l pass ma’ Juventus hekk kif fi Stadio Olimpico kienu mgħeluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Milan. Ir-Rossoneri filvantaġġ mit-Tork Hakan Calhanoglu…

Aktar