International Sports
Skiing: Ħames atleti, tabib u tliet persuni oħra arrestati minħabba doping

Ħames atleti mill-Awstrija, il-Khazakhistan u l-Estonja ġew arrestati l-Erbgħa li għadda f’raids li l-Pulizija wettqet waqt il-kampjonati dinjija Nordiċi f’resort f’Seefeld fl-Awstrija fejn kellha suspetti li kienu qed jintużaw mediċini għall-doping.

Ir-raids kienu parti minn operazzjoni li weetqet il-pulizija Ġermaniża kontra l-kriminalità organizzata ta’ persuni li jimpurtaw sustani u jfornuhom lill-atleti.

Il-pulizija qed temmen li tabib ta’ 40 sena huwa l-persuna wara dan kollu u minbarra l-atleti, il-pulizija kkonfermat li arrestat lil dan it-tabib ukoll.

B’kollox saru 16-il raid differenti li fihom il-pulizija arrestat 9 persuni.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar