Sports Internazzjonali
Skiing: Lindsey Vonn tniżżel is-siparju fuq il-karriera tagħha

L-atleta Lindsey Vonn temmet il-karriera tagħha b’midalja tal-bronż fl-Alpine World Championships li saru f’Are. Vonn, li fil-karriera tagħha bħala skiier rebħet numru kbir ta’ midalji kienet ħasdet lil kulħadd meta ħabbret li ser tirtira wara dawn il-kampjonati. L-Amerikana ġabet fit-tmiem karriera ta’ madwar għoxrin sena, li iżda fl-aħħar snin kienet imtappna minn sensiela t’intoppi minħabba diversi injuries.

Wara li t-Tlieta li għadda kellha ħmar il-lejl fil-kompetizzjoni Super-G, meta spiċċat inqalbet fuq is-silġ, ilbieraħ tat ftit tat-togħma lill-pubbliku preżenti ta’ x’kienet issarraf meta kienet għadha fl-aqwa tagħha. Vonn, t’34 sena, żiedet fir-ritmu u momentarjament kellha l-aħjar ħin, li iżda kein imtejjeb mill-Islovena Ilka Stuhec li fl-aħħar mill-aħħar rebħet il-midalja tad-deheb.

Vonn kienet milqugħha minn Ingemar Stenmark, skiier Żvediż li fil-karriera tiegħu rebaħ 86 midalja tad-deheb fit-Tazza tad-Dinja tal-iskiing, filwaqt li l-Amerikana rebħet 82.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ is-sitt Grand Prix tal-Ingilterra li saret illum f’Silverstone. Hamilton mar quddiem wara ftit laps. Kienet Valterri Bottas li mar fuq quddiem mal-ħruġ tat-tellieqa iżda spiċċa fit-tieni post…

Formula 1

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone. Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda…

Formula 1

Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone se jibqa’ parti mill-kalendarju tal-Formula 1 għal mill-inqas ħames snin oħra. Dan wara li l-Formula 1 uffiċjalment ħabbru li kien intlaħaq dan il-ftehim. Iċ-ċirkwit kien fid-dubju jkunx…

Formula 1

Il-Grand Prix ta’ Silverstone ser jibqa’ jsir għall-ħames snin li ġejjin. Din l-aħbar ingħatat mill-Formula 1 wara li ntlaħaq qbil dwar pakkett finanzjarju sabiex tibqa’ ssir it-tellieqa fl-Ingilterra. Sentejn ilu…

Aktar