Sports Internazzjonali
Skont il-magazine Forbes: Lionel Messi l-aktar sportiv li qala’ flus fl-2018..aktar minn €112-il miljun

Skont il-magazine Forbes, Lionel Messi hu l-aktar sportiv li qala’ flus tul is-sena li għaddiet.

Messi, li skurja 36 gowl u għen lil Barcelona jirbħu l-kampjonat, matul is-sena li għaddiet daħħal mal-112-il miljun ewro li jinkludu flus f’salarji u bonuses oħra. Dan l-ammont tellgħu fl-ewwel post fil-lista tal-aktar 100 atleta mħallsa.

Cristiano Ronaldo, l-attakkant ta’ Juventus, hu stmat li daħħal mas-96 miljun ewro filwaqt li l-Brażiljan Neymar ta’ Paris St Germain daħħal mat-92 miljun ewro.

Fir-raba’ post tal-aktar sportivi mħallsin tas-sena 2018, hemm il-boxer Messikan Canelo Alvarez, stmat li daħħal mat-83 miljun ewro filwaqt li fil-ħames post hemm it-tennista Żvizzeru Roger Federer, stmat li daħħal mat-82 miljun ewro.

Floyd Mayweather, li kien fl-ewwel post tal-lista matul l-2017, mhux imniżżel mal-ewwel 100 sportiv li daħlu l-aktar flus fis-sena li għaddiet.

Mal-ewwel 100 atleta, hemm 62 li huma mill-Istati Uniti.

L-uniku mara li hemm fil-lista tal-ewwel 100 hi t-tennista Serena Williams, stmata li qalgħet kważi 26 miljun ewro.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula 1: Is-sewwieq Pollakk Robert Kubica ħabbar li fi tmiem il-kampjonat ta’ din is-sena mhux se jibqa’ jsuq mal-Williams. Kubica kien għamel ritorm fil-Formula 1 wara li tmien snin qabel…

Sports Internazzjonali

Maxim Abramov, tifel Russu ta’ 10 snin, sar popolari mil-lejl għan-nhar wara li l-leġġenda tal-iskateboarding Tony Hawk tefa’ video ta’ dan it-tfajjel fuq Instagram. F’temp ta’ ftit sigħat in-numru ta’…

Sports Internazzjonali

Spanja huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni EURO Futsal Under 19 meta fil-belt kapitali tal-Latvja Riga huma għelbu lil Kroazja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1. Kien hemm atmosfera ferm sabiħa fil-Padiljun Sportiv ta’ Riga…

Sports Internazzjonali

L-Italja kellhom bidu tal-ħolm fil-kampjonat Ewropew tal-volleyball tal-irġiel meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lill-Portugall bl-iskor ta’ 3-0. It-tim immexxi minn Gianlorenzo Blengini rebaħ din il-logħba bi tliet sets konsekuttivi…

Aktar