Futbol lokali
FILMAT BOV Premier: Skoss għall-Ħamrun Spartans u Mosta jirbħu bil-penalty

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Ħamrun S…..0

Mosta…………1

Skoss qawwi għall-Ħamrun Spartans fil-Hibernians Stadium meta fit-tieni logħba tas-Sibt waranofsinhar huma tilfu bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-għaxra min-nies tal-Mosta. Għalkemm il-logħba qatt ma laħqet l-aspettattiva tagħha, kienet dominata minn diversi deċiżjonijiet li setgħu dehru diskutibbli min-naħa tar-referee, imma fl-aħħar mill-aħħar il-Mosta nqalgħu xi ftit mill-pożizzjonijiet tan-naħa t’isfel tal-klassifika.

Ħamrun daħlu għal dan il-konfront wara 10 logħbiet li fihom dejjem ħadu xi punti għaliex minnhom rebħu sebgħa u ġew dro tlieta. Mosta kienu ġejjin minn dro tajjeb kontra Balzan ta’ mingħajr gowls filwaqt li qabel ħarġu rebbieħa mar-Rainbows bl-iskor ta’ 2-0. Fl-ewwel round il-logħba bejn dawn it-tnejn spiċċat fi dro ta’ 0-0.

Fil-25 minuta Ħamrun resqu viċin meta mill-cross ta’ Criaco, id-daqqa ta’ ras ta’ Moukanza kienet pjuttost dgħajfa u allura Vella ma kellux problema jsalva. Fil-41 minuta Darlington ta’ Mosta kien ammonit minħabba simulazzjoni għal penalty fil-kaxxa Ħamruniża.

Fil-65 minuta kien imiss lil Cisotti li jispiċċa ammonit minħabba simulazzjoni, deċiżjoni diskutibbli li xejn ma’ qablu magħha l-plejers u l-partitarji Mostin. Mad-69 minuta Mosta resqu verament viċin meta Cisotti bir-ras ġab lil Darlington waħdu quddiem Cini, li iżda x-xutt angolat tiegħu kien imtajjar mill-goalkeeper Ħamruniż. Fit-72 minuta Cisotti ġie mwaqqa’ mill-goalkeeper Cini u din id-darba r-referee pponta lejn iċ-ċirku tal-11-il metru u Demir Imeri tefa’ l-ballun naħa u l-goalkeeper oħra biex għamilhom 1-0. U filwaqt li l-plejers Mostin kienu qegħdin jiċċelebraw, il-plejer Gianluca Cuomo deher jagħmel xi mossa lill-partitarji avversarji, ir-referee wrieh karta safra oħra u allura bagħtu jinħasel qabel sħabu fid-dressing room. Fit-82 minuta Tyrone Farrugia kien l-eroj u s-salvatur tal-Mosta meta minn fuq il-linja rnexxielu jtajjar il-ballun tas-sostitut Darmanin li kien dieħel fix-xibka.

Riżultat finali: Ħamrun S. 0  Mosta 1

Referee: Fyodor Zammit

BOV Player tal-Logħob: Juri Cisotti (Mosta)

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar