Futbol lokali
FILMAT: Sliema jiksbu l-ewwel punt staġjonali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Gżira United…………1

Sliema Wanderers…1

Sliema Wanderers ħadu l-ewwel punt tagħhom tal-istaġun wara draw ta’ 1-1 kontra Gżira. Dawn tal-aħħar irreġistraw it-tielet draw konsekuttiv u għadhom ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom.

Wara minuta u nofs logħob kross ta’ Gianmarco Conti u daqqa ta’ ras ta’ Martin Davies tispiċċa ftit barra.

Fit 13 –il minuta free-kick minn madwar 25 metru bogħod li ngħata minn Hamed Kone, ballun jaħbat mal-lasta Slimiża bil-goalkeeper Galea megħlub għal kollox. Sitt minuti wara azzjoni Slimiza ta’ Stanimir Miloskovic bix-xutt finali tiegħu spiċċa ftit barra .

Fis-27 minuta Farrugia kompla lejn Sow Seydou izda xutt mill-viċin ta’ dan ġie imblukkat minn Haber sabiex minuta wara il-Maroons marru fil vantaġġ meta b’xutt fil baxx l-ex Jefferson De Assis għeleb lil Jake Galea.

Fil-50 minuta, attakk ieħor tal- Maroons, meta De Assis għadda l-ballun lil Martin Davies pero xutt mill- viċin ta’ dan ġie imdawwar f’korner minn Galea.

Fil-71 minuta De Assis kompla lejn Hamed Kone iżda xutt ta’ dan ġie salvat mill-goalkeeper Slimiż u 4 minuti mit-tmiem Davies kompla lejn Nikolai Muscat li ixxutja ftit barra sabiex fid-90 minuta Sliema kisbu l-goal ta’ draw meta Farrugia ikkrossja fil baxx, Haber ma żammx u mill-viċin Juri Cisotti tefa l-ballun ġewwa.

Rizultat finali : Gzira Utd 1 v Sliema W. 1.

Referee : Ishmael Barbara.

BOV Player tal partita : Jefferson De Assis ( Gzira Utd ).

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

F’intervista ma’ TVMSport li se tixxandar illejla, Victor Sciriha kkonferma li se jibqa’ President ta’ Valletta FC u mhux se jkun qed jitlaq il-kariga qabel ma fi kliemu jara “li…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association ippreżentat it-tazza ta’ champions tal-BOV Gozo Football League 2019/20 lil Nadur Youngsters f’ċeremonja qasira. Din il-preżentazzjoni setgħet issir wara li l-kunsill tal-Malta Football Association ikkonferma d-deċizjoni tal-Gozo…

Futbol lokali

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United. Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil…

Futbol lokali

L-ex plejer nazzjonali Noel Turner inħatar Direttur Tekniku tal-Youths ta’ Sliema Wanderers FC. Turner hu ex plejer u captain ta’ Sliema Wanderers FC li magħhom rebaħ kull unur possibbli fil-futbol…

Aktar