Futbol lokali
Sliema jirbħu b’gowl fl-aħħar sekondi tal-logħba

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sliema W……..1

Tarxien R…….0

Sliema Wanderers ħadu rebħa b’gowl uniku skurjat fl-aħħar sekondi tal-logħba, meta fil-Hibernians Stadium rebħu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 1-0. Jista’ jitqies debutt feliċi għall-kowċ Andrea Pisanu, biss żgur li minn dak li ra fil-logħba tas-Sibt kmieni waranofsinhar, jaf li jrid jaħdem qatigħ biex iżomm lil Sliema ‘l bogħod miż-żona tar-relegazzjoni.

Għad-debutt tiegħu, il-kowċ Andreanu Pisanu għamel ħames bidliet mill-aħħar formazzjoni li għażel Alfonso Greco u li ħarġet telliefa kontra Gudja UTD. Michele Sansone, Federico Vasilchik, Claudio Zappa, Gilmar Da Silva Ribeiro u Goran Adamovic ħadu post Alexander Satariano u Jean Paul Farrugia li bdew minn fuq il-bank tas-sostituti, kif ukoll post Juan Cruz Gill, Carlos Calvo Sobrado u Arthur Henrique Oyama li ma kenux mgħajta mat-tmintax. Fuq in-naħa l-oħra, il-kowċ Demis Paul Scerri għamel erba’ bidliet mill-ħdax li bdew fit-telfa kontra Santa Lucia, meta Marco Botta, Gary Camilleri, Ayrton Azzopardi u Miranda Gomez ħadu post Kazuki Ohata li beda fuq il-bank, Brandon Muscat u Stiv Shaba li kienu sospiżi, u Luca Brincat li ma kienx magħżul mal-iskwadra.

Fil-45 minuta Sliema resqu viċin meta Mintoff tefa’ cross-shot biex ma jħallix il-ballun imur barra u filwaqt li l-ballun deher destinat għal ġewwa, id-difensur Tabone rnexxilu jaqla’ ′l barra u biegħed il-periklu.

Fis-57 minuta Cisotti ta’ Sliema ttanta cross-shot li spiċċa ftit barra mil-lasti ta’ Briffa, u l-istess plejer mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari mill-freekick tefa’ l-ballun eżatt fuq Jean Paul Farrugia li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-0 u hekk baqgħu sat-tmiem.

Riżultat finali: Sliema W. 1  Tarxien R. 0

BOV Player tal-Logħba: Juri Cisotti ta’ Sliema W.

Referee: Mario Apap

Formazzjonijiet:

Sliema Wds:  Jake Galea (GK), Michele Sansone, Kurt Shaw, John Mintoff, Mark Scerri (c) (Antonio Stelitano 46’), Federico Vasilchik, Claudio Zappa (Alexander Satariano 77’), Juri Cisotti, Gilmar Da Silva Ribeiro (Jean Paul Farrugia 65’), Edmond Agius, Goran Adamovic

Tarxien R:  Rudy Briffa (GK), Marco Botta, Thomas Veronese, Destin Mambouana (Miguel Ciantar 59’), Gary Camilleri, Ayrton Azzopardi (Daniel Vassallo 83’), Aleksa Andrejic, Marko Stanojevic, Matthew Tabone (c), Miranda Gomez (Kazuki Ohata 70’), Daniel Zerafa

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda seba’ klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Aktar