Sliema W jibqgħu attivi jakkwistaw b’self lil Johann Bezzina mingħand Hibernians

Sliema Wanderers akkwistaw b’self mingħand ic-Champions Hibernians lil midfielder żagħżugħ ta’ 21 sena Johann Bezzina.

Bezzina llum mistenni jinżel għat-taħriġ għall-ewwel darba mal-Wanderers, u għada jista jkun fl-iskwadra msejħa mill-coach Stephen Azzopardi għall-partita mill-Kampjonat kontra Valletta.

L-istaġun li għadda Bezzina kien pedina importanti fl-iskwadra ta’ Hibernians li rebħet il-Kampjonat għall-11-il darba fl-istorja tal-club Pawlist.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tħejjija ntensiva anke għat-team nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena li minn nhar l-Erbgħa li ġej huwa mpenjat f’tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat UEFA Euro Under 19 fi grupp li fih ukoll…

Futbol lokali

Wara l-għaxar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier fi tmiem il-ġimgħa it-tim nazzjonali tal-futbol it-Tnejn filgħaxija kellu l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ għall-iskwadra msejħa mill-coach Ray Farrugia bi tħejjija għall-konfront doppju home ta’ Malta…

Aktar