Futbol lokali
Sliema Wds jibdew ‘galore’ b’rebħa fuq iċ-Champions Valletta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Sliema Wds……3

Valletta…………o

Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali

Iċ-Champions Valletta jibdew l-istaġun b’telfa diżapuntanti Sliema W.

L-ewwel xutt fil parita ġie min-naħa ta’ Valletta meta fl-10 minuta Matteo Picciolo fajjar xutt b’saħħtu pero l-goalkeeper Slimiż Jake Galea mblokka b’diffikulta’. Fil-21 minuta xutt angulat fil-baxx ta’ Jefferson De Assis għadda tul il-lasti ta’ Bonello u spiċċa barra. Fit-32 minuta Pena Beltre kompla lejn Santiago Malano pero’ xutt dgħajjef ta’ dan ġie salvat faċilment minn Galea. Tlett minuti wara, żball fid-difiza beltija daħal fuq il-ballun Mark Scerri iżda xutt tiegħu kien żbaljat għal kollox u spiċċa barra. Tlett minuti qabel spiċċat l-ewwel taqsima Sliema marru fil-vantaġġ, kien Jefferson li kompla lejn Ryan Fenech u xutt ta’ dan ġie imblukkat  f’korner…mill-istess korner li ngħata minn Fenech wasal il-goal Slimiż b’daqqa ta’ ras ta’ Kurt Shaw li mill-viċin għeleb lil Henry Bonello.

Fit-53 minuta kross ta’ Pena Beltre u daqqa ta’ ras ta’ Santiago Malano ġiet salvata mal-art minn Jake Galea. Żewġ minuti wara Sliema għal darb’oħra perikolużi, l-ewwel xutt ta’ Mattias Mucciardi ġie salvat parzjalment minn Bonello, l-azzjoni kompliet b’xutt ieħor ta’ Frank Temile li Bonello salva bl-għajnuna tal-lasti. Fis 60 minuta Sliema għamlu l-iskor 2-0…..il free kick dirett ta’ Ryan Fenech qarraq għall kollox bid-difiża beltija , inkluż bil goalkeeper Bonello, bil-ballun jispiċċa fix-xibka. Fit-83 minuta Beltre għadda l-ballun lil Fontanella pero’ dan minn taħt Galea, tefa’ barra sabiex minuta wara Sliema kisbu it-tielet goal tagħhom meta Temile ġab waħdu lil Ryan Fenech li baqa’ javvanza u bil-kalma kollha għeleb lill-goalkeeper Bonello.

Riżultat finali: Sliema W. 3 v Valletta FC.0.

Referee : Philip Farrugia.

BOV Player tal-partita: Ryan Fenech (Sliema W.)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara ppreżentaw l-akkwisti u l-isponsors il-ġodda f’konferenza stampa organizzata llum wara nofsinhar li ġiet indirizzata mill-President Frank Zarb, mid-Drettur Tekniku Michael Valenzia u mid-Direttur Sportiv John Arne Riise. Frank Zarb,…

Futbol lokali

Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun. It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist,  li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż. Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR…

Aktar