Futbol lokali
FILMAT: Sliema Wds jirkupraw u jsalvaw punt kontra Birkirkara

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

SLIEMA W. ……….2

BIRKIRKARA …….2 

Draw ġust ta’ 2-2 f’partita bilanċjata u kumbattuta bejn Sliema Wanderers u Birkirkara.

Birkirkara kellhom lil Enrico Pepe u Da Paixao imweġġa b’Verde u Caio Prado jibdew mal-ewwel ħdax. Neqsin għal Sliema Jean Paul Farrugia u Mark Scerri.

L-ewwel azzjoni tal-logħba kien il-gowl tal-vantaġġ minn Sliema Wanderers hekk kif Juri Cisotti għadda mal-linja tal-lemin u tefa’ cross fil-kaxxa li sab lil Danny Holla li venven xutt għar-rokna tax-xibka li għeleb lil Guarnone.

Birkirkara rrispondew bil-gowl tad-draw fil-31 minuta meta kien throw in fit-tul minn Cain Attard li sab lil Luke Montebello li minkejja li ssikkat dar u xellef il-ballun għal mal-wieqfa u fix-xibka. 

Tmien minuti fit-tieni taqsima Birkirkara fil-vantaġġ hekk kif cross shot ta’ Montebello wasal fid-direzzjoni ta’ Caio Prado li  b’xutt mill-ewwel fuq it-tieni lasta sab ix-xibka. Mas-siegħa logħob xutt fjakk minn Riki Kakinuma kien salvat mingħajr wisq problemi  minn Guarnone.

Daqqa ta’ ħarta għal Birkirkara fit-78 minuta wara li tkeċċa Oscar Carniello għat-tieni karta safra. Biex Sliema kisbu l-gowl tad-draw sitt minuti mit-tmiem b’xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Danny Holla.

Fil-ħin miżjud ċans kull naħa fejn Birkirkara laqtu l-lasta b’xutt ta’ Luke Montebello filwaqt li Sliema kellhom daqqa ta’ ras ta’ Satariano maqlugħa minn fuq il-linja minn Kurt Zammit.

Sliema W.  – J. Galea, M. Sansone (G. Aquilina 73’), A. Satariano, K. Shaw, A. Milesi, J. Cisotti, D. Pereira (E. Agius 73’), D. Holla, R. Kisil (R. Kakinuma 46’), M. Beerman (J. Barbosa 84’), D. Vukovic

Birkirkara   –   S. Guarnone, L. Montebello, P.Mbong (C. Bonanni 75’), R. Briffa, K. Zammit, R. Alidor, F. Falcone (G. Farrugia 85’), F. Verde, C. Attard, C. Prado (Y. Yankam 58’), O. Carniello

Referee –  Trustin Farrugia Cann

BOV Player tal-Logħba –   Danny Holla (Sliema W.)

Miktub minn...
TVM Sport
.