Snooker
Snooker: Alex Borg b’logħba ta’ kwalifikazzjoni din il-ġimgħa fil-Main Tour kontra Anthony Hamilton

Il-player professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg din il-ġimgħa se jkun impenjat f’logħba ta’ kwalifikazzjoni miċ-China Championship li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. 

Proprju nhar il-Ħamis Borg jilgħab kontra l-plejer Ingliż Anthony Hamilton f’Barnsley Metrodome fl-Ingilterra. Il-logħba tibda fit-3.30pm ħin ta’ Malta u tkun l-aħjar minn 9 frames bir-rebbieħ jgħaddi għall-fażi finali li tintlgħab fi Guangzhou ċ-Ċina bejn it-23 u d-29 ta’ Settembru li ġej.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.