X

Snooker: Alex Borg Champion tal-Masters 2018/19

Alex Borg ħuwa ċ-Champion tal-Masters tal-iSnooker ta’ dan l-istaġun meta meta fil-finali ħuwa għeleb lil Mark Saffrett bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra 1, finali fuq l-aħjar minn 9 frames.

Din il-finali tal-Malta Billiards and Snooker Association, intlagħbet fl-Akkademja tas-Snooker fil-Kumpless Maria Assunta l-Ħamrun.

Borg rebaħ l-ewwel żewġ frames bil-punteġġi ta’65-43 u 69-2. Saffrett rebaħ it-tielet u l-uniku  frame tiegħu bil punteġġ ta’ 61-43, pero’ Borg rebaħ it-tlett frames ta’ wara bil-punteġġi ta’ 72-46 fejn għamel brejk ta’ 63 punt, 85-3 u l-aħħar frame rebħu bi brejk sabiħ ta’ 82 punt mingħajr l-ebda risposta minn naħa ta’ Saffrett.

Din il-finali kienet ireffjati minn Charles Vella.