Snooker
Snooker: Alex Borg iħalli Malta għall-World Tour

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum ħalla Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour.

Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-tournaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium ġewwa Milton Keynes, fl-Ingilterra.

L-ewwel tournament għal Borg ikun il-European Masters li jispiċċa l-Ħadd li ġej 27 ta’ Settembru meta tintlagħab il-finali.

Fl-ewwel rawnd, Borg se jilgħab kontra l-plejer Ċiniz Lyu Haotian l-Erbgha fit-3.30pm, ħin ta’ Malta, u tkun l-aħjar minn 9 frames.

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel, imbagħad Borg jieħu sehem fiċ-Championship League li beda jintlagħab il-ġimgħa l-oħra.

Borg jilgħab il-logħbiet tiegħu fil-grupp fil-5 ta’ Ottubru fejn fost oħrajn huwa tela’ biex jilgħab kontra ċ-Champion tad-Dinja, Ronnie O’Sullivan.

Miktub minn...
TVM Sport