Snooker
Snooker: Alex Borg impenjat f’logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Yushan World Open kontra Stuart Bingham

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg din il-gimgħa jkun impenjat f’logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Yushan World Open li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.

L-Erbgħa li ġej, Alex Borg jilgħab kontra l-plejer Ingliz, ex champion tad-dinja, Stuart Bingham f’Barnsley Metrodome fl-Ingilterra.

Bingham rebaħ il-Kampjonat Mondjali fl-2015 u bħalissa jinsab irrankjat fit-13 il-post.

Il-logħba tibda fit-8.00pm ħin lokali u tkun l-aħjar minn 9 frames bir-rebbieħ jgħaddi għall-fażi finali li tintlagħab ġewwa Yushan fic-Ċina bejn it-28 t’Ottubru u t-3 ta’ Novembru li gej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-Player ċiniż ta’ ħmistax-il sena Yang Gao huwa r-rebbieħ tal-Junior Open organizzat f’Malta mill-World Snooker Federation. Yang għadda għall-finali mal-Ingliż Sean Maddocks wara li lbieraħ filgħaxija għeleb lill-kollega Ċiniż Yi…

Snooker

Waslu f’Malta kważi l-players kollha li se jieħu sehem f’dan it-Tournament li se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 50 player taħt is-17 -il sena. Fost dawn se jilagħbu żewġ players…

Snooker

Il-Malta Billiards and Snooker Association, bil-kollaborazzjoni tal-World Snooker Federation, ħabbru li fil-ġranet li ġejjin sa jiġu organizzati għall-ewwel darba żewġ tournaments internazzjonali tas-snooker ta’ livell għoli f’pajjiżna. L-ewwel tournament sa…

Aktar