Snooker
Snooker: Alex Borg jgħaddi għall-main tour u se jikkompeti mal-aqwa plejers tad-dinja

Alex Borg għadda għall-main tour sabiex ikun jista’ jikkompeti mal-aqwa plejers tad-dinja fl-isnooker b’wild card. Borg għadda mit-tielet tournament li sar f’Wigan, l-Ingilterra.

Wara li għadda l-ewwel tliet rounds, Alex Borg lagħab kontra Patrick Whelan fir-Round tat-32 u rebaħ 4-2, u fir-Round tas-16 għeleb l-isfida t’Alan Taylor 4-3. Fl-aħħar logħba Borg rebaħ kontra Billy Joe Castle 4-3 biex b’hekk rebaħ il-wild card sabiex jikkompeti mal-plejers professjonali fl-isnooker.

Barra minn hekk, iċ-champion Malti Duncan Bezzina wasal sal-kwartifinali tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li sar f’Belgrad is-Serbja. Bezzina spiċċa eliminat meta tilef kontra Shachar Lubeg ta’ Iżrael 4-2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum ħalla Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-tournaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium ġewwa Milton…

Mark Allen ikkwalifika għall-finali tat-Tour Championship meta fis-semifinali għeleb lil Mark Selby 9 frames għal 2. It-tournament qed jintlagħab fil-Marshall Arena, f’Milton Keynes. Il-plejer mill-Irlanda ta’ Fuq mar 6 frames…

Shaun Murphy tilef 9 frames għal 8 kontra Mark Allen fil-kwarti tal-finali tat-Tour Championship li qed isir f’Milton Keynes. Iżda l-aktar impressjonanti kien il-fatt li minkejja t-telfa, Murphy irnexxielu jagħmel…

Aktar