Snooker
Snooker: Alex Borg jilgħab fl-ewwel rawnd tal-Open tal-Ingilterra t-Tnejn li ġej

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg, il-ġimgħa d-dieħla, jkun impenjat fl-ewwel rawnd tal-Open tal-Ingilterra li huwa parti mill-World Snooker Tour.

Dan it-turnament se jintlaghab fl-MK Stadium f’Milton Keynes fl-Ingilterra bejn nhar it-Tnejn li ġej u l-Ħadd 18 ta’ Ottubru.

Fl-ewwel rawnd, Borg se jiltaqa’ kontra Ben Woollaston tal-Ingilterra.

Din il-logħba se tintlagħab it-Tnejn fit-8pm u tkun l-aħjar minn 7 frames.

Miktub minn...
TVM Sport