Snooker
Snooker: Alex Borg kontra Ricky Walden fl-ewwel rawnd tal-English Open

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg, il-ġimgħa d-dieħla jieħu sehem fl-English Open li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.

Dan it-tournament se jintlagħab fil-K2 Leisure Centre fi Crawley, fl-Ingilterra bejn it-Tnejn 14 u l-Ħadd 20 ta’ Ottubru u fih se jieħdu sehem l-aqwa 128 plejer fir-rankings mondjali.

Fl-ewwel rawnd, Borg se jiltaqa’ kontra l-Ingliz Ricky Walden li bħalissa jinsab irrankjat fit-30 post.

Il-logħba se tintlagħab it-Tlieta li ġej fil-11.00am (ħin ta’ Malta) u tkun l-aħjar minn 7 frames.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-Player ċiniż ta’ ħmistax-il sena Yang Gao huwa r-rebbieħ tal-Junior Open organizzat f’Malta mill-World Snooker Federation. Yang għadda għall-finali mal-Ingliż Sean Maddocks wara li lbieraħ filgħaxija għeleb lill-kollega Ċiniż Yi…

Snooker

Waslu f’Malta kważi l-players kollha li se jieħu sehem f’dan it-Tournament li se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 50 player taħt is-17 -il sena. Fost dawn se jilagħbu żewġ players…

Snooker

Il-Malta Billiards and Snooker Association, bil-kollaborazzjoni tal-World Snooker Federation, ħabbru li fil-ġranet li ġejjin sa jiġu organizzati għall-ewwel darba żewġ tournaments internazzjonali tas-snooker ta’ livell għoli f’pajjiżna. L-ewwel tournament sa…

Aktar