Snooker
Snooker: Alex Borg u Brian Cini fit-tim Malti għat-Tazza tad-Dinja

Malta se tkun irrappreżentata mill-plejer professjonali Alex Borg u ż-żagħzugħ Brian Cini li flimkien se jiffurmaw it-tim Malti għat-Tazza tad-Dinja tas-Snooker ta’ din is-sena organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-turnament ser jintlagħab fil-Wuxi City Sports Park Stadium fil-Belt ta’ Wuxi fiċ-Ċina bejn nhar it-Tnejn 24 u l-Ħadd 30 ta’ Ġunju.

F’din it-Tazza tad-Dinja se jieħdu sehem 24 tim minn 23 pajjiż fejn iċ-Ċina se jkollha żewġ timijiet bħala l-pajjiż organizzattiv. L-aħjar plejers minn kull pajjiż se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżhom fejn fost il-favoriti li jirbħu t-Tazza hemm iċ-champions renjanti ċ-Ċina permezz tat-tim kompost minn Ding Junhui u Yan Bingtao, l-Ingilterra (Kyron Wilson u Jack Lisowski) u Skozja (John Higgins u Stephen Maguire). L-24 tim ġew imqassma f’erba’ gruppi ta’ sitt timijiet il-wieħed li jilagħbu fuq round-robin bl-ewwel tnejn ikklassifikati f’kull grupp jikkwalifikaw għall-Kwarti Finali. Fil-fażi tal-gruppi jintlagħbu 5 frames kull logħba, erba’ singles u wieħed doubles fejn jingħata punt għal kull frame mirbuħ. Mill-Kwarti Finali ‘l quddiem il-logħob ikun fuq l-aħjar minn 7 frames.

It-Tim Malti tela’ biex jilgħab fi Grupp D li jinkludi lil Wales (Mark Williams u Ryan Day), Ċina B (Zhou Yuelong u Liang Wenbo), Svizzera (Alexander Ursenbacher u Louis Vetter), Awstralja (Steve Mifsud u Ryan Thomerson) u l-Indja (Lucky Vatnani u Himanshu Jain). L-ewwel logħba tat-tim Malti tkun kontra l-Ivizzera nhar it-Tnejn fis-6.00am (ħin ta’ Malta).

Ir-referee Malti Terry Camilleri ukoll se jkun iċ-Ċina biex jirreffja xi logħbiet mill-istess turnament. It-Tazza tad-Dinja se tkun murija diretta fuq diversi stazzjonijiet tat-TV fosthom Eurosport u CCTV 5. 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-Ġimgħa filgħaxija fl-akkademja tal-isnooker fil-Ħamrun, intlagħbet il-finali tal-ewwel Ranking Tournament ta’ dan l-istaġun organizzat mill-MBSA, li fih ipparteċipaw 52 plejer. Din il-finali, li kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, intrebħet…

Snooker

Il-Federazzjoni Dinjija tal-Isnooker u l-Malta Billiard & Snooker Association ħabbru li l-Kampjonat Mondjali għal Jannar 2020 se jirritorna f’Malta. It-tournament se jsir bejn l-4 u s-17 ta’ Jannar li ġej…

Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg, il-ġimgħa d-dieħla jieħu sehem fl-English Open li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. Dan it-tournament se jintlagħab fil-K2 Leisure Centre fi Crawley,…

Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg din il-gimgħa jkun impenjat f’logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Yushan World Open li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. L-Erbgħa li ġej, Alex Borg…

Aktar