Snooker
Snooker: Brian Cini jirbaħ il-Kampjonat Premier għat-tieni darba

Brian Cini rebaħ il-kampjonat nazzjonali tad-diviżjoni premier tas-snooker organizzat mill-Malta Billiards and Snooker Association. Cini għeleb lil Aaron Busuttil 6-5 f’finali ferm eċċitanti quddiem pubbliku numeruż, fosthom l-eks plejer professjonali Malti, Tony Drago.

Il-finali ntlagħbet fil-Każin Banda Melita fl-Imsida u ġiet irrefjata mis-Sur Ivan Attard. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Clifton Grima li wara diskors qasir fejn semma l-impenn tal-Gvern li jgħin lil dan l-isport bil-ftuħ ta’ akkademja fil-futur qrib, ippreżenta t-trofej lill-finalisti.

Filwaqt li din kienet it-tieni rebħa għal Cini, kienet ukoll it-tieni finali konsekuttiva għal Busuttil li tilef bi skor daqshekk viċin, wara li s-sena l-oħra safa’ megħlub minn Duncan Bezzina 6-4. Ta’ min isemmi li l-livell tal-logħob kien ferm ogħli miż-żewġ protagonisti.

Dan ikkonfermah ukoll l-ex plejer professjonali Tony Drago. Filwaqt li r-referee kien ferm attent fid-deċiżjonijiet tiegħu.

Il-punteġġi ta’ din il-finali, Cini l-ewwel, kien hekk:

21 – 65 (55) , 72 (63) – 23 , 75 (75) – 9 , 56 – 43, 44 – 73, 25-77, 58 – 13, 18 – 60 (56), 82 – 12, 40 – 73 (49), 85 – 49.

Dan l-istaġun 2017-2018 daqt jasal fi tmiemu hekk kif fadal biss ir-Ranking Tournament numru 4 u l-Kampjonati tal-Billiards.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Aaron Busutill hu r-rebbieħ tal-ewwel ranking tournament organizzat mill-MBSA, meta fil-finali għeleb lil Brian Cini bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra xejn. Din il-finali kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, li…

Snooker

Snooker: Beda uffiċjalment l-Attrans Malta Snooker Open 2019. B’kollox skedati11 -il logħba fl-ewel ġurnata. Stephen Magrin kellu rebħa ta’ 4 frames għal 0 kontra Simon Zammit. Brian Cini rebaħ bl-istess riżultat…

Snooker

Il-Malta Billiards & Snooker Association tibda s-sena 2019 b’żewġ tournaments internazzjonali li jsiru f’The Otto Club ( ex-Peace Club), in-Naxxar. L-ewwel tournament sa jkun il-Euorpean Under 17 Snooker Open u jibda…

Snooker

Wara l-ftuħ ufficjali tal-Akkademja Maltija tal-iSnooker saret ukoll il-Christmas Shoot Out, fejn il-flus li nġabru ser jiġu ppreżentati waqt l-Istrina. Din kienet it-tielet sena konsekuttiva li fiha ġiet organizzata din…

Aktar