Snooker
Snooker: Brian Cini jirbaħ l-ewwel ranking tournament

Il-Ġimgħa filgħaxija fl-akkademja tal-isnooker fil-Ħamrun, intlagħbet il-finali tal-ewwel Ranking Tournament ta’ dan l-istaġun organizzat mill-MBSA, li fih ipparteċipaw 52 plejer.

Din il-finali, li kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, intrebħet minn Brian Cini li għeleb lil Aaron Busutill bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra 2.

Ir-referee kien Sacha Gauci.

Fis-semi finali, Brian Cini għeleb lil Tony Drago bil-puntegg ta’ 4-2. Referee kien Maurice Calleja.

Fis-semi finali l-oħra Aaron Busutill għeleb lil Philip Ciantar 4-0. Referee kien Charles Vella.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Mark Allen ikkwalifika għall-finali tat-Tour Championship meta fis-semifinali għeleb lil Mark Selby 9 frames għal 2. It-tournament qed jintlagħab fil-Marshall Arena, f’Milton Keynes. Il-plejer mill-Irlanda ta’ Fuq mar 6 frames…

Snooker

Shaun Murphy tilef 9 frames għal 8 kontra Mark Allen fil-kwarti tal-finali tat-Tour Championship li qed isir f’Milton Keynes. Iżda l-aktar impressjonanti kien il-fatt li minkejja t-telfa, Murphy irnexxielu jagħmel…

Snooker

L-Isnooker fl-Ingilterra se jirritorna fl-1 ta’ Ġunju bl-avveniment Champions League 2020 li se jsir fil-Marshall Arena f’Milton Keynes. It-Tournament mistenni jkollu l-parteċipazzjoni ta’ 64 player inkluż iċ-Champion tad-Dinja Judd Trump….

Aktar