Snooker
Snooker: Ding Junhui jirtira mit-Tour Championship

Ding Junhui irtira mit-Tour Championship bħala sigurtà għal saħħtu u biex jevita l-ivjaġġar miċ-Ċina għall-Ingilterra f’dan iż-żmien.

Il-World Snooker Tour kienet qed taħdem mal-Gvern Ingliż biex taċċerta li Ding ma jkunx obbligat li jagħmel 14-il ġurnata kwarantina, hekk kif jasal fil-pajjiż.

Iżda l-plejer ta’ 33 sena, iddeċieda li ma jiċċaqlaqx minn pajjiżu, biex issa postu se jkun qed jieħdu Stephen Maguire.

It-tournament jibda fl-20 ta’ Ġunju u se jintlagħab f’Milton Keynes Marshall Arena.

Miktub minn...
TVM Sport