Snooker
Snooker: Frans Bugeja jħabbar li mhux se jerġa jikkontesta għall-President wara 50 sena

Frans Bugeja, il-President tal- Malta Billiards & Snooker Association, wara aktar minn 50 sena servizz fil-Malta Billiard & Snooker Association, ħabbar li mhux se jerġa jikkontesta għall-kariga.

Taħt il-Presidenza tas- Sur Bugeja l-MBSA għamlet suċċessi kbar fosthom l-organizazzjoni f’pajjiżna ta’ żewġ European Snooker tournaments,Teams, Masters u U/21 Championships.

Taħt il-presidenza ta’ Bugeja, ġiet organizzata l-ewwel World Snooker Federation Championship.

Fl-aħħar snin, bl-għajnuna ta’ ħafna partijiet, seħħet realtà l-ħolma li għall-ewwel darba l-MBSA għandha Akkademja li tinsab fil-Ħamrun.

Is-Sur Bugeja huwa ukoll l-uniku Snooker Referes Examiner f’Malta u kien l-ewwel referee Internazzjonali Malti li rrefja l-Ewwel World Billiards Championship li ntagħbet f’Malta 1970/71 fejn fost oħrajn irreffja plejers kbar bħal John Higgins u Mark Williams.

Miktub minn...
TVM Sport