Snooker
Snooker: Il-kampjonat dinji pospost ukoll

Il-kampjonat dinji tal-isnooker li kellu jibda bejn it-18 ta’ April u l-4 ta’ Mejju ġie pospost ukoll minħabba t-tixrid tal-coronavirus.

Judd Trump, iċ-Champion tad-Dinja preżenti, reġa’ kien il-favorit li jiddefendi t-titlu iżda l-Federazzjoni Dinjija tal-Isnooker ikkanċellat dan l-avveniment annwali li hu s-17-il wieħed fil-kalendarju annwali tal-isnooker professjonali.

Din kienet se tkun l-44 edizzjoni tal-kampjonat dinji li dejjem sar fil-Crucible, f’Sheffield, fl-Ingilterra.

L-organizzaturi qalu li jisperaw li t-tournament isir bejn Lulju u Awwissu.

Pospost ukoll il-kampjonat dinji tal-badminton li kellu jsir bejn il-21 u s-26 ta’ April fi Kiev, fl-Ukrajna.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Mark Allen ikkwalifika għall-finali tat-Tour Championship meta fis-semifinali għeleb lil Mark Selby 9 frames għal 2. It-tournament qed jintlagħab fil-Marshall Arena, f’Milton Keynes. Il-plejer mill-Irlanda ta’ Fuq mar 6 frames…

Snooker

Shaun Murphy tilef 9 frames għal 8 kontra Mark Allen fil-kwarti tal-finali tat-Tour Championship li qed isir f’Milton Keynes. Iżda l-aktar impressjonanti kien il-fatt li minkejja t-telfa, Murphy irnexxielu jagħmel…

Snooker

L-Isnooker fl-Ingilterra se jirritorna fl-1 ta’ Ġunju bl-avveniment Champions League 2020 li se jsir fil-Marshall Arena f’Milton Keynes. It-Tournament mistenni jkollu l-parteċipazzjoni ta’ 64 player inkluż iċ-Champion tad-Dinja Judd Trump….

Aktar