Snooker
Snooker: Il-Kampjonat Mondjali 2020 se jirritorna f’Malta f’Jannar li ġej

Il-Federazzjoni Dinjija tal-Isnooker u l-Malta Billiard & Snooker Association ħabbru li l-Kampjonat Mondjali għal Jannar 2020 se jirritorna f’Malta.

It-tournament se jsir bejn l-4 u s-17 ta’ Jannar li ġej u l-logħob se jkun qed jintlagħab fl-Akkademja Maltija tal-Isnooker u f’lukanda lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

Għal dan il-kampjonat mondjali li se jsir f’pajjiżna se jintlagħbu żewġ kategoriji tal-logħob, dak ta’ plejers ta’ 17-il sena jew inqas bejn l-4 u d-9 ta’ Jannar u l-kategorija Open bejn id-9 u s-17 ta’ Jannar u li għaliha mistenni jattendu fost l-aqwa plejers fid-dinja tal-isnooker.

Min jirbaħ iż-żewġ tournaments ikun jista’ jaqleb professjonali għal sentejn, mill-istaġun 2021.

Din l-aħbar kienet deskritta xi ħaġa pożittiva ħafna, mhux biss għall-isnooker lokali, iżda għall-isport Malti kollu.

Miktub minn...
TVM Sport