Snooker
Snooker: Il-partitarji lura fis-swali għall-Kampjonat Dinji

Il-partitarji reġgħu lura fis-swali biex isegwu mill-viċin il-kampjonat dinji li beda mill-bieraħ.

Din kienet l-ewwel darba f’din is-sena li l-partitarji tħallew jidħlu fl-iswali għall-partiti.

Iċ-Champion tad-Dinja renjanti, Ronnie O’Sullivan, beda d-difiża b’rebħa ta’ 10-4 kontra Mark Joyce.

Aktar minn 600 biljett inbiegħu għal tliet sessjonijiet fit-teatru The Crucible, f’Sheffield, fejn ta’ kull sena jsir l-aqwa tournament tal-isnooker fid-dinja.

L-organizzaturi qed jisperaw li jitħallew jiddaħħlu sa 980 spettatur sal-ġurnata tal-finali tat-2 ta’ Mejju.

 

Miktub minn...
TVM Sport