Snooker
Snooker: Is-Sibt jibda l-World Snooker Federation Junior Open

Waslu f’Malta kważi l-players kollha li se jieħu sehem f’dan it-Tournament li se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 50 player taħt is-17 -il sena.

Fost dawn se jilagħbu żewġ players żgħażagħ Maltin Matthias Debono u Luke Pace li se jibdew jilagħbu kontra l-Bulgaru Bulcsú Révész u l-Brittaniku Aidan Murphy rispettivament. L-ewwel li se jidħol fl-azzjoni se jkun Debono li jilgħab is-Sibt fis-2pm. It-Tournament tal-Juniors se jkun fuq format ta’ gruppi bl-ewwel żewġ players ta’ kull grupp javvanzaw għall-fażi tan-Knock Out. Il-Finali ta’ dan it-Tournament tintlagħab il-Ħamis 9 ta’ Jannar.

Mill-għada ta’ din il-finali jibda l-World Snooker Federation Open bil-parteċipazzjoni ta’ diversi ex players professjonali li se jkunu f’Malta sabiex jippruvaw jirbħu dan it-Tournament prestiġjuż. Fost il-players Maltin li se jilagħbu f’dan l-Open se jkun hemm Duncan Bezzina, Brian Cini, Aaron Busuttil u Tony Drago.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg, il-ġimgħa d-diehla jkun impenjat fil-Welsh Open organizzat mill-World Snooker Association. Dan it-turnament se jintlagħab fil-Motor Point Arena f’Cardiff bejn it-Tnejn li ġej u l-Ħadd…

Snooker

Il-Player ċiniż ta’ ħmistax-il sena Yang Gao huwa r-rebbieħ tal-Junior Open organizzat f’Malta mill-World Snooker Federation. Yang għadda għall-finali mal-Ingliż Sean Maddocks wara li lbieraħ filgħaxija għeleb lill-kollega Ċiniż Yi…

Snooker

Il-Malta Billiards and Snooker Association, bil-kollaborazzjoni tal-World Snooker Federation, ħabbru li fil-ġranet li ġejjin sa jiġu organizzati għall-ewwel darba żewġ tournaments internazzjonali tas-snooker ta’ livell għoli f’pajjiżna. L-ewwel tournament sa…

Aktar