Snooker
Snooker: Kampjonat Ewropew 2018 – Il-Maltin jibdew b’żewġ rebħiet

Hekk kif il-plejer żagħżugħ Isaac Borg temm l-impenji tiegħu fil-Kampjonati Ewropej tas-snooker ta’ taħt it-18 u l-21 sena fejn ġie eliminat fl-aħħar 42 u 57 rispettivament, issa beda il-kampjonat tal-irġiel.

Bdew l-impenji tagħhom Brian Cini u Joseph Casha. Fi Grupp G, Cini rebaħ l-ewwel logħba tiegħu kontra Laurens De Staelen tal-Belgju 4 – 3. Filwaqt li fi Grupp F, Joseph Casha għeleb lill-Ingliż, Riley Parsons 4 – 3.

Illum jitkompla l-logħob fejn Brian Cini jilgħab kontra Callum Beresford fil-5 pm (ħin lokali).

Fl-istess ħin Joseph Casha jilgħab kontra Alex Taubman ta’ Wales. Duncan Bezzina jibda l-impenji tiegħu fi Grupp W illum ukoll fin-12.30pm kontra Anthony Heaney tal-Ingilterra.

Minn Grupp N, Jason Peplow jilgħab kontra Saqib Nazir tal-Ingilterra fl-10am, filwaqt li Aaron Busuttil jilgħab kontra Heikki Niva tal-Finlandja fi Grupp J fl-10am.

Aħbarijiet Oħra
Snooker

It-tielet ġurnata tal-kampjonati Ewropej tas-snooker li qed isiru f’Sofia fil-Bulgarija offriet riżultati pożittivi għall-plejers Maltin kollha. Duncan Bezzina għeleb lil Jani Kananen 4-3. Riżultat pożittiv ukoll għal Brian Cini b’rebħa…

Snooker

Fit-tieni ġurnata tal-kampjonati Ewropej tas-snooker tal-irġiel, il-plejers Maltin kollha kienu impenjati. Uħud minnhom b’żewġ logħbiet. Fi Grupp J, Aaron Busuttil beda b’telfa ta’ 4-1 kontra l-Finlandiz Heikki Niva. Riżultat negattiv…

Snooker

Snooker, Kampjonat Ewropew ta’ taħt it-18-il sena li qed isiru fil-Bulgarija: Isaac Borg beda b’żewġ rebħiet fi Grupp H. L-ewwel rebħa ta’ Borg għamilha kontra Tudor Chitu tar-Rumanija b’punteġġ ta’…

Snooker

Brian Cini huwa r-rebbieħ tal-Malta Snooker Open 2018. Fil finali tal-bieraħ, Cini għeleb lil Chris Peblow bi skor ta’ 6-3. F’din il-finali, Cini ta’ 21 sena għamel żewġ brejks fuq…

Aktar