Snooker
Snooker: Kampjonat Ewropew, Bulgarija – Il-Maltin fl-azzjoni

Fit-tieni ġurnata tal-kampjonati Ewropej tas-snooker tal-irġiel, il-plejers Maltin kollha kienu impenjati. Uħud minnhom b’żewġ logħbiet.

Fi Grupp J, Aaron Busuttil beda b’telfa ta’ 4-1 kontra l-Finlandiz Heikki Niva. Riżultat negattiv ukoll għal Jason Peplow fi Grupp P fejn tilef kontra l-Ingliż Saqib Nasir 4-1.

Min-naħa l-oħra, fi grupp B, iċ-champion Malti Duncan Bezzina rebaħ kontra l-Irlandiż Anthony Heaney 4-2 fejn għamel break ta’ 59 punt.

Riżultat pożittiv ukoll fi Grupp G għal Brian Cini, fejn għeleb lill-Ingliż Callum Beresford 4-3.

Fi Grupp F, Joseph Casha tilef 4-2 kontra il-plejer ta’ Wales, Alex Taubman.

Aktar tard filgħaxija Jason Peplow reġa’ kien impenjat kontra l-Awstrijak Florian Nuble fejn tilef 4-1.

Filwaqt li Aaron Busuttil  spiċċa l-ġurnata b’rebħa ta’ 4-0 kontra l-izraelit Nadan Biton fejn għamel break ta’ 71 punt.

 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Brian Cini rebaħ il-kampjonat nazzjonali tad-diviżjoni premier tas-snooker organizzat mill-Malta Billiards and Snooker Association. Cini għeleb lil Aaron Busuttil 6-5 f’finali ferm eċċitanti quddiem pubbliku numeruż, fosthom l-eks plejer professjonali…

Atletika, Badminton, Baseball & Softball, Billiards, Futbol internazzjonali, Futbol lokali, Regatta, Rugby, Snooker, Sparar

L-Aħbarijiet Sportivi tas-Sibt 24 ta’ Marzu

Snooker

Is-Seed Numru 1 Adam Stefanów tal-Polonja, li aktar kmieni fil-kompetizzjoni elimina lill-Malti Duncan Bezzina, huwa l-ewwel finalista tat-Tournament Mixed Gender fil-kampjonati inawgurali tad-dinja għall-amateurs li qed ikunu organizzati hawn Malta…

Snooker

Fil-Lukanda New Dolmen il-Qawra jkompli t-tournament Mixed Gender fil-kampjonati tad-dinja tal-World Snooker Federation għall-amateurs. Fit-tielet ġurnata riżultati mħalltin għall-players Maltin. Arthur Cachia għamilhom tliet rebħiet minn tlieta fil-grupp tiegħu meta…

Aktar