Snooker
Snooker: Kampjonati Ewropej Bulgarija 2018 – Riżultati pożittivi għall-Maltin fit-tielet ġurnata

It-tielet ġurnata tal-kampjonati Ewropej tas-snooker li qed isiru f’Sofia fil-Bulgarija offriet riżultati pożittivi għall-plejers Maltin kollha.

Duncan Bezzina għeleb lil Jani Kananen 4-3. Riżultat pożittiv ukoll għal Brian Cini b’rebħa konvinċenti fuq Jakub Rendla ta’ 4-0 fejn għamel brejks ta’ 91 u 50 punt.

Joseph Casha ukoll rebaħ il-logħba tiegħu bl-iskor ta’ 4-2 bi brejk ta’ 53.

Aaron Busuttil kellu rebħa pożittiva kontra Marios Poullos ta’ 4-0 fejn għamel brejk ta’ 83. Fl-aħħar u mhux l-inqas, Jason Peplow rebaħ lil Massimiliano Sabetta 4-1.

Illum tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-gruppi u l-plejers huma biċ-ċans li jgħaddu għall-fażi individwali ta’ dawn il-kampjonati.

Il-logħob għal-lum it-Tlieta 13 ta’ Frar huwa hekk:-

12.30pm Grupp F Joseph Casha vs Georgi Velichkov

12.30pm Grupp G Brian Cini vs Martin Sendergaard

12.30pm Grupp J Aaron Busuttil vs Sashko Dimitrov

3pm Grupp N Jason Peplow vs Balazs Csurgo

7pm Grupp W Duncan Bezzina vs Sasa Stojanovic

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg għada t-Tlieta jħalli Malta biex jibda l-impenji tiegħu fil-Main Tour organizzat mill-World Snooker wara li l-ġimgħa l-oħra kkwalifika minn tournament ta’ kwalifikazzjoni li sar…

Snooker

Bħalissa, diversi plejers Maltin tal-iSnooker jinsabu jipparteċipaw fil-Kampjonat Ewropew li qiegħed isir f’Belgrad, is-Serbja. Fil-kategorija tal-Masters: Simon Zammit rebaħ kontra Gary Kinnear tal-iSkozja u Holger Marth tal-Ġermanja, imma tilef kontra…

Snooker

Alex Borg għadda għall-main tour sabiex ikun jista’ jikkompeti mal-aqwa plejers tad-dinja fl-isnooker b’wild card. Borg għadda mit-tielet tournament li sar f’Wigan, l-Ingilterra. Wara li għadda l-ewwel tliet rounds, Alex…

Aktar