Snooker
Snooker: L-ewwel impenji għal Alex Borg fil-World Snooker Main Tour

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg għada t-Tlieta jħalli Malta biex jibda l-impenji tiegħu fil-Main Tour organizzat mill-World Snooker wara li l-ġimgħa l-oħra kkwalifika minn tournament ta’ kwalifikazzjoni li sar f’Wigan, fl-Ingilterra.

Borg rebaħ Main Tour Card fejn se jkun jista’ jikkompeti fit-tournaments professjonali għas-sentejn li ġejjin, 2019/20 u 2020/21.

Borg jibda l-impenji tiegħu din il-ġimgħa meta jsiru l-logħob ta’ kwalifikazzjoni ta’ żewġ ranking tournaments li l-logħob tagħhom jintlagħab f’Ponds Forge, f’Sheffield, fl-Ingilterra.

L-ewwel impenn ta’ Borg ikun l-Erbgħa fir-Riga Masters meta fit-8pm (ħin Malti) hu jiltaqa’ kontra n-numru 27 fir-rankings mondjali kontra Tom Ford tal-Ingilterra. Din il-logħba tkun l-aħjar minn 7 frames.

Nhar is-Sibt imbagħad Borg jilgħab logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-International Open meta fit-3.30pm (ħin Malti) huwa jiltaqa’ kontra n-numru 56 fir-rankings Daniel Wells ta’ Wales fuq l-aħjar minn 9 frames.

Ir-rebbieħa ta’ dawn il-logħbiet jikkwalifikaw għall-fażi finali tat-tournaments rispettivi li jintlagħbu fil-Latvja u ċ-Ċina fix-xahrejn li ġejjin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Snooker: Fil-Crucible Theater ta’ Sheffield Tony Drago kien verament viċin li jirbaħ lis-seba’ darbiet champion tad-dinja Stephen Hendry meta l-player veteran Malti tilef 3 frames għal 2 fil-fażi tal-aħħar 16…

Snooker

F’dawn l-aħħar jiem ġewwa l-Akkademja tas-snooker fil Ħamrun, intlagħbu żewġ finali, biex b’hekk intemm dan l-istaġun tal-MBSA. Fil-finali tal-Kampjonat Nazzjonali  tat-timijiet, li kienet fuq l-aħjar minn 15-il frame, it-tim ta’…

Snooker

Malta se tkun irrappreżentata mill-plejer professjonali Alex Borg u ż-żagħzugħ Brian Cini li flimkien se jiffurmaw it-tim Malti għat-Tazza tad-Dinja tas-Snooker ta’ din is-sena organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-turnament…

Aktar