
Snooker
Snooker: Mark Allen fil-finali tat-Tour Championship
Mark Allen ikkwalifika għall-finali tat-Tour Championship meta fis-semifinali għeleb lil Mark Selby 9 frames għal 2.
It-tournament qed jintlagħab fil-Marshall Arena, f’Milton Keynes.
Il-plejer mill-Irlanda ta’ Fuq mar 6 frames għal xejn fil-vantaġġ kontra t-tliet darbiet Champion tad-Dinja u kellu brejks ta’ 92, 54, 76 u 80.
Sa tmiem l-ewwel sessjoni kellu vantaġġ komdu ta’ 7-1.
Allen jilgħab fil-finali ta’ tard illejla kontra Stephen Maguire.
Ir-rebbieħ jieħu miegħu d-dar kważi €170,000.