Snooker
Snooker: Mark Selby jegħleb lil Shaun Murphy u jirbaħ il-Kampjonat Dinji għar-raba’ darba fil-karriera

Mark Selby huwa ċ-Champion tad-Dinja l-ġdid tas-snooker.

lbieraħ filgħaxija, Selby temm l-erba’ sessjonijiet li bdew il-Ħadd b’punteġġ finali ta’ 18-il frame għal 15 kontra Shaun Murphy.

Iż-żewġ plejers urew snooker ta’ klassi mondjali u d-differenza bejniethom kienet minima ħafna.

Dan hu r-raba’ titlu mondjali fil-karriera ta’ Selby.

Minbarra t-trofew u t-titlu mondjali, Selby rebaħ ukoll ċekk ta’ €500,000.

Il-kampjonat dinji ntlagħab fuq ġimgħatejn fit-teatru The Crucible, f’Sheffield.

Miktub minn...
TVM Sport