Snooker
Snooker: Mark Selby jibqa’ jżomm il-vantaġġ ta’ tliet frames qabel is-sessjoni finali tal-lejla

Qabel is-sessjoni finali tal-lejla, Mark Selby baqa’ jżomm l-istess distakk ta’ tliet frames fuq Shaun Murphy, biż-żewġ plejers li rebħu żewġ frames kull wieħed fis-sessjoni tal-lum wara nofsinhar.

Selby jinsab 12-il frame għal 9 fil-vantaġġ.

Min jirbaħ l-ewwel 18-il frame isir Champion tad-Dinja tal-isnooker.

Iż-żewġ plejers urew snooker ta’ klassi u ma żbaljawx f’kolp fl-erba’ frames tal-lum wara nofsinhar.

Selby jibda favorit li jirbaħ il-kampjonat mondjali għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport