Snooker
Snooker: Mark Selby jmur 10 frames għal 7 minn fuq kontra Shaun Murphy

Mark Selby mar 10 frames minn fuq kontra s-7 li rebaħ s’issa Shaun Murphy fil-finali tal-kampjonat mondjali tal-isnooker.

Sa tmiem l-ewwel sessjoni tal-bieraħ wara nofsinhar, Murphy kien 5 frames għal 3 minn fuq.

Iżda fis-sessjoni ta’ tard ilbieraħ filgħaxija, Selby żamm il-kalma u l-konċentrazzjoni u rnexxielu jirbaħ 7 frames kontra t-2 ta’ Murphy.

Selby lagħab snooker perfett u anki żamm lil Murphy milli jippottja boċċa għal 58 minuta.

It-tielet sessjoni tal-finali tkompli llum fis-14.00, ħin lokali.

Is-sessjoni finali titkompla llejla fit-20.00.

Il-kampjonat dinji tal-isnooker qed jintlagħab fit-teatru The Crucible ta’ Sheffield, fl-Ingilterra.

Selby għanu ċans isir Champion tad-Dinja għar-raba’ darba fil-karriera, mentri Murphy għandu dan iċ-ċans għat-tieni darba.

Minbarra t-trofew, ir-rebbieħ jieħu s-somma ta’ madwar €500,000.

Miktub minn...
TVM Sport