Snooker
Snooker: O’sullivan jgħid li t-tliet xhur ta’ lockdown magħluq id-dar kienu l-aqwa żmien ta’ ħajtu

Il-leġġenda tal-isnooker Ronnie O’Sullivan qal li t-tliet xhur lockdown li għamel magħluq f’daru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 kienu l-aqwa żmien ta’ ħajtu.

L-Ingliż ta’ 44 sena qal dan wara li safa eliminat miċ-Championship League li qed isir bħalissa fl-Ingilterra.

The Rocket tilef 3 frames għal xejn kontra Stuart Bingham.

O’Sullivan qal li t-tliet xhur li għamel magħluq f’daru ma kien se jinsihom qatt u li jixtieq kieku l-lockdown fil-pajjiż baqa’ sejjer għal ħames snin oħra.

Miktub minn...
TVM Sport