Snooker
Snooker: Riżultati pożittivi mill-Maltin li qed jipparteċipaw fis-Serbja
Bħalissa, diversi plejers Maltin tal-iSnooker jinsabu jipparteċipaw fil-Kampjonat Ewropew li qiegħed isir f’Belgrad, is-Serbja. Fil-kategorija tal-Masters:
Simon Zammit rebaħ kontra Gary Kinnear tal-iSkozja u Holger Marth tal-Ġermanja, imma tilef kontra l-Iżlandiż Kristjan Helgason.
Tony Drago rebaħ iż-żewġ logħbiet tiegħu kontra l-Awstrijak Ebrahim Baghi u l-Finlandiż Sami Kartunen. Żewġ rebħiet ukoll għal Ivan Attard li għeleb l-isfida tas-Serb Gradmir Tripkovic u l-Pollakk Marius Sikorski.
Arthur Cachia ħareġ tellief kontra l-Ġermaniż Miro Popovic imma mbagħad rebaħ kontra l-Belġjan Rene Hemelsoet. Anke Frans Abdilla kellu rebħa u telfa, meta l-ewwel għeleb liċ-Ċek Jiri Stehlik, imbagħad tilef kontra l-Belġjan Jurgen Van Roy.
Barra minn hekk, Kevin Vella ikkwalifika b’suċċess bħala coach tal-iSnooker wara kors intensiv u apposta li sar ftit tal-ġranet ilu fis Serbja, organizzat mid-WPBSA flimkien mal-EBSA. Dan il-kors kien imexxi min PJ Nolan.
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-Ġimgħa filgħaxija fl-akkademja tal-isnooker fil-Ħamrun, intlagħbet il-finali tal-ewwel Ranking Tournament ta’ dan l-istaġun organizzat mill-MBSA, li fih ipparteċipaw 52 plejer. Din il-finali, li kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, intrebħet…

Snooker

Il-Federazzjoni Dinjija tal-Isnooker u l-Malta Billiard & Snooker Association ħabbru li l-Kampjonat Mondjali għal Jannar 2020 se jirritorna f’Malta. It-tournament se jsir bejn l-4 u s-17 ta’ Jannar li ġej…

Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg, il-ġimgħa d-dieħla jieħu sehem fl-English Open li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. Dan it-tournament se jintlagħab fil-K2 Leisure Centre fi Crawley,…

Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg din il-gimgħa jkun impenjat f’logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Yushan World Open li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. L-Erbgħa li ġej, Alex Borg…

Aktar