Snooker
Snooker: Shaun Murphy fil-vantaġġ kontra Mark Selby 5 frames għal 3 sa tmiem l-ewwel sessjoni

Shaun Murphy jinsab fil-vantaġġ ħames frames għal tlieta kontra Mark Selby fil-finali tal-kampjonat dinji tal-isnooker li bdiet tintlagħab illum wara nofsinhar.

Il-kampjonat dinji tal-isnooker jintlagħab fil-Crucible ta’ Sheffield.

Partita li għada tista’ tmur kull naħa u t-tieni sessjoni qed tintlagab illejla.

It-tielet sessjoni tintlagħab għada wara nofsinhar u s-sessjoni finali tintlagħab għada filgħaxija.

Ir-rebbieħ bejn iż-żewġ plejers Ingliżi jieħu miegħu d-dar man-nofs miljun ewro.

Miktub minn...
TVM Sport