Snooker
Snooker: Shaun Murphy jgħid li plejers amatuers m’għandhomx jitħallew jikkompetu f’tournaments professjonali

Il-plejer professjonali tas-snooker, Shaun Murphy, qal li l-plejers li mhux professjonali m’għandhomx jitħallew jikkompetu ma’ plejers professjonali.

Murphy qal dan il-kumment u aktar wara li sofra minn eliminazzjoni xokkanti fl-Open tal-Ingilterra kontra ċ-Ċiniż, Si Jiahui, ta’ 19-il sena, f’York.

Murphy, ex Champion tal-Open tal-Ingilterra fl-2008, deher frustrat ħafna fil-konferenza ta’ wara l-partita.

Hu kien minn taħt 5-1, sakemm għamel il-punteġġ 5-5 imma eventwalment tilef 6-5.

Il-World Snooker Tour qalu li jirrispettaw l-opinjoni ta’ Shaun Murphy li iżda ma jaqblux ma’ dak li qal.

Murphy tilef l-aħħar finali tal-World Championship kontra Mark Selby.

Miktub minn...
TVM Sport